Latest News
All the news that are relevant for our small community
27 ta’ Ġunju – Jum l-Isle of MTV (wara 15.00) – L-aċċess għar-residenti bil-vetturi personali tagħhom għall-Floriana.
Għal Balzunetta: Mill-Foss ta’ Notre Dame, it-Telgħa ta’ Sa Maison u Pjazza San Kalċidonju. Wieħed jista’ jgħaddi wkoll lejn id-dawra tal-Belt Valletta, Triq l-Assedju l-Kbir (ħdejn il-lukanda Excelsior fil-Floriana) u Belt is-Sebħ.
Għal fuq is-Sur u l-inħawi: Mix-Xatt (il-Waterfront) lejn it-Telgħa tal-Kurċifiss.
L-aċċess ser jingħata lil dawk li għandhom il-permess tal-lokalità fil-vettura, jew bil-wiri tal-karta tal-identità.
L-aċċess għal u mir-residenza tiegħek xorta se jkun possibli permezz tal-mgħodija dedikata għar-residenti minn GATE 8 fi Pjazza E.S. Tonna u GATE 11 minn Triq is-Suq. L-aċċess se jkun possibli bil-wiri tal-karta tal-identità li tikkonferma r-residenza f’waħda mit-toroq magħluqa.
Parkeġġ alternattiv għall-Furjaniżi residenti se jkun l-MCP Car Park. L-ebda biljett m’hu riservat. Il-biljett jista’ jinġabar mill-Kunsill fuq bażi first come, fist serve. Dan il-biljett huwa validu nhar is-27 ta’ Ġunju biss, għal 24 siegħa.
On the 27th June from 15:00hrs onwards access to Floriana residents with their personal vehicles will be as follows:
Police Depot Area (Balzunetta): Through Notre Dame Ditch, Sa Masion Hill and St Calcedonius Square. One can also proceed through Valletta Ring Road, Great Siege Road (Excelsior side) and Belt is-Sebħ.
Other Side: Through Valletta Waterfront and Crucifix Hill.
Access will be granted upon presentation of a valid Identity Card confirming residency in Floriana OR a Residential Parking Permit.
Access to and from your residences will still be possible through a dedicated residents lane at Gate 8 in E.S. Tonna Square and Gate 11 in Market Street.
Access through these gates will be granted to residents on presentation of a valid Identity Card confirming residency in one of the closed streets.
We also inform that alternative parking for Floriana residents has been arranged at MCP Car Park. No spaces are reserved: parking is on a first-come-first-served basis. Parking ticket is valid only for the 27 th June, for 24 hrs. Parking tickets may be collected from Floriana Local Council.
Struttura t’ Osservazzjoni fuq parti mill-parkeġġ ta’ Fuq il-Fosos
Il-Kunsill Lokali tal-Floriana jistieden lir-residenti tal-Floriana għal-laqgħa informattiva rigward applikazzjoni li daħlet għand l- Awtorità tal-Ippjanar li saret minn Anna Mangion (PA 02517/18) sabiex tinbena struttura t’osservazzjoni fuq parti mill-parkeġġ ta’ Fuq il-Fosos.
Il-laqgħa ser tinżamm fil-Kunsill Lokali tal-Floriana nhar it-Tnejn, 23 ta’ April 2018 fis-7.00pm
Ir-residenti huma mħeġġa li jattendu sabiex isemmgħu l-opinjoni tagħhom.
INFORMATION MEETING
OBSERVATION STRUCTURE ON A PART OF THE PARKING LOT BY THE GRANARIES
Floriana Local Council is inviting the residents of Floriana for an information session regarding an application submitted at the Planning Authority by Anna Mangion (PA 02517/18) to build an observation structure on part of the parking lot by the Granaries.
This meeting will be held at Floriana Local Council on Monday, 23rd April 2018 at 7.00pm. Residents are urged to attend so that they may voice their opinion.
Il-Kunsill Lokali Floriana jħabbar li bi pjaċir mill-ġdid se jorganizza t-tnax–il edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat fi Pjazza San Publju (il-Fosos) fil-Floriana, nhar is-Sibt 14 ta’ April, 2018.
Il-Festival ta’ din is-sena se jerġa jkun wieħed kompetittiv. Infatti 13 –il Kumpless/Għaqda tan-Nar se jkunu qed jikkompetu għat-titlu. Kull Għaqda tan-Nar se tesebixxi l-aħjar żewġ biċċiet tan-Nar tagħhom mill-ġdid fl-akbar pjazza li għandna f’Malta – fuq il-Fosos tal-Floriana u f’ambjent tipiku ta’ festa Maltija, il-festa titulari tal-Floriana ad unur San Publju, patrun tal-lokal u ta’ Malta.
Dawn huma l-parteċipanti;
1. St Catherine Fireworks Commission – Żejtun Band Club – Żejtun
2. Mount Carmel Fireworks Factory – Żurrieq
3. St Catherine Fireworks Factory – Żurrieq
4. Sacred Family Fireworks Association – Kalkara
5. The Nativity of Our Lady Fireworks Association – Naxxar
6. 11th February Fireworks Association – San Ġwann
7. St Joseph Fireworks Factory – Ħal Għaxaq
8. 15th August Fireworks Factory – Mosta
9. The Nativity of Our Lady Musical Society – Victory Band Club Fireworks Association – Naxxar
10. Lily Fireworks Factory – Imqabba
11. St Joseph Fireworks Factory – Kirkop
12. St Peter in Chains Fireworks Commission – Birżebbuġa
13. St Joseph Fireworks Factory – Żebbuġ
Il-Festa ta’ San Patrizju, li ilha tiġi ċċelebrata fil-Floriana mill-bidu tas-seklu 20. Din is-sena se tkun iċċelebrata nhar il-Ħadd 11 ta’ Marzu f’Balzunetta.
Il-bands ta’ din is-sena se jkunu: Planet Seed, Fakawi u Kevin Borg.
Din il-festa tal-qaddis prottetur tal-Irlanda għandha rabta speċjali ma dak kollu li huwa aħdar u kien fil-bidu tas-seklu 20 meta bdiet it-tradizzjoni li l-Furjanizi jissejjħu bħala tal-Irish. Dan hekk kif dak iż-żmien suldati Irandliżi kienu stazzjonati fiż-żona ta’ Balzunetta.
Fl-1905 imbagħad kienet intlagħbet logħba futbol bejn il-Klabb tal-Floriana u t-tim Irandiż. Dak iż-żmien it-tim ta’ Floriana FC kien jilgħab bil-kuluri aħdar u aħmar iżda wara dik il-logħba bdew jilgħabu bil-kuluri tal-irlanda, aħdar u abjad, hekk kif kien hemm skambju tal-flokkijiet wara l-partita. Aktar informazzjoni dwar it-tradizzjoni tul dan ix-xahar.
Din se tkun is-sitt edizzjoni li se tkun iċċelebrata St Patrick’s Day fil-Floriana b’attività mill-Kunsill Lokali.
Aktar dettalji fuq din l-attività ‘l quddiem.
Se ssir laqgħa informattiva għall-Furjaniżi dwar Pjazza Tritoni u l-konfini tal-Floriana. Huwa importanti li min ser jattendi jġib miegħu dokumenti u/jew informazzjoni oħra li jista’ jkollu, sabiex id-diskussjoni tkun waħda msejsa fuq il-fatti.
Nixtiequ ukoll ninfurmaw li l-midja m’hijiex mistiedna għal din id-diskussjoni.
Data: It-Tnejn 19 ta’ Frar,
Ħin u Post: 7.00pm, Kunsill Lokali tal-Floriana
Se ssir laqgħa pubblika nhar it-Tnejn li ġej 15 ta’ Jannar fil-Binja tal-Kunsill Lokali.
Il-laqgħa se ssir fis-19.00.
Punt ta’ diskussjoni: il-Funtana ta’ Tritoni.
Ħinijiet tal-uffiċċju għal dawn il-jiem ta’ festi. Fil-ġranet l-oħra kollox bħan-norma.
Is-Sibt 23 ta’ Diċ sal-11.30am (ħin normali)
It-Tlieta 26 ta’ Diċ sas-1.00pm
Il-Gimgha 29 ta’ Diċ sas-1.00pm
Is-Sibt 30 ta’ Diċembru sal-11.30am (ħin normali)
It-Tlieta 2 ta’ Jannar sas-1.00pm
Nieħdu opportunità biex nawguraw il-Festi t-Tajba lil kulħadd.
KURZITAJIET
Methodist Church – Floriana
Further down from this side there is the famous Floriana’s lion, built by Grand Master Vilhena. This area leads to the other side of Floriana which houses the Capuchin Convent and chapel. In this area we find also the health centre. Down this area on the other side leading to Valletta two other gardens embellish the view. Between them a hospital was built, having an excellent view of the Grand Harbour whilst being surrounded with the Kalkara Gardens. This hospital was originally named King George V Merchant Seamen`s Memorial Hospital but nowadays is known as Sir Paul Boffa Hospital.
Currently this is the 7th legislature of the Council. The Floriana Local Council is entrusted with the administration regarding the daily life of the residents of Floriana.