M’hemmx dubju li l-Floriana hija ‘Ġenna ta’ Ġonna’ għax tipposjedi l-akbar numru ta’ ġonna pubbliċi f’Malta mxerrdin mal-konfini tagħha, iżda għandha wkoll ħafna aktar x’toffri. Wara s-suċċessi fi snin preċedenti, qed inħejju għal ‘Ġenna ta’ Ġonna’ ikbar u aħjar.
Bil-kollaborazzjoni ta’ diversi organizazzjonijiet li qegħdin fil-Floriana, dakinhar se jkunu miftuħin il-ġonna kollha li għandna fil-Floriana, mużewijiet, binjiet storiċi u postijiet ta’ interess. Fid-diversi postijiet se jkun hemm gwida li tispjega l-valur storiku tal-post.
Fost l-attrazzjonijiet se jkun hemm manuskritti antiki u patrijiet ibbalzmati fil-Kunvent tal-Kapuċċini, ċans li titla’ fuq il-kampnar tal-Knisja Arċipretali ta’ San Publju, il-ġonna “sigrieti” fis-swar, reċtar ta’ xeni storiċi li ġraw fil-lokalità, swieq tal-artiġġjanat, dawriet madwar il-lokallita fuq tal-linja antika bi gwida, xeni mill-isbaħ li l-Floriana għandha x’toffri u li ftit nies tul il-jum japprezzaw u kif ukoll bosta attivitajiet oħra li se jkunu mħabbra fil-jiem li ġejjin.
Għalhekk żommu l-Ħadd 8 t’Ottubru 2023 liberu biex issiru tafu aktar minn qatt qabel kemm hi sabiħa u sinjura l-Floriana tagħna fl-istorja, fl-arti u fl-ambjent tagħha.
Għal iktar informazzjoni wieħed għandu jifli din il-paġna u jista’ wkoll jikkuntattja l-Kunsill Lokali tal-Floriana fuq 2123 5523 jew email fuq floriana.lc@gov.mt.
—
Undoubtedly Floriana is a “Heaven of Gardens” since it possesses the largest number of public gardens on the island spread throughout this suburb. However Floriana has a lot more to offer. After the success of the previous years, we are gearing for a bigger and better “Ġenna ta’ Ġonna” (Heaven of Gardens).
In collaboration with various organisations within Floriana, on Sunday 8th October you will be able to visit all gardens, museums, historical buildings and other places of interest in our locality. A vintage bus & a guide will also take you around the locality.
Amongst the attractions there is going to be old manuscripts and mummified bodies at the Capuchin’s Convent. Also not to be missed is the opportunity to go up the bell tower of St. Publius Parish Church. Explore the secret gardens within the bastions, re-enactments, local bands, crafts markets, while enjoying scenes that only Floriana can offer. Some scenes that only a handful of people do appreciate during the day.
We urge that you keep Sunday 8th October 2023 free so you get to know how beautiful and rich Floriana is in its history, art and environment.
More activities shall be announced in the coming days, and for more information we invite you to view this event page. The Floriana Local Council can also be contacted on 21235523 or via email floriana.lc@gov.mt.