Tnedija tal-logo uffiċjali taċ-ċelebrazzjonijiet tat-300 sena mit-twaqqif tal-Floriana
Tnedija tal-Logo Uffiċjali fl-okkażjoni tat-300 Sena mill-fondazzjoni tal-lokalità tal-Floriana mill-Gran Mastru Antonio Manuel de Vilhena nhar id-9 ta’ Mejju 1724.
Fil-ġimgħat li għaddew saret sejħa pubblika għal min kien interessat jissottometti disinn ta’ logo uffiċċjali biex jintuża matul din is-sena, u s-Sotto Kumitat għażel dan il-logo ta’ Jake Muscat minn 6 logos li ġew ippreżentati.
Jake Muscat twieled fl-10 ta’ Settembru tas-sena 2000. Mgħammed fil-knisja ta’ San Publju fil-Floriana, Jake kien edukat fl-iskola primarja, sekondarja u terzjarja tal-kulleġġ De La Salle il-Birgu qabel ma mar ikompli l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta fejn gradwa fit-teoloġija u l-istorja tal-arti u qiegħed isegwi Diploma fl-istorja Maltija. Attwalment, Jake iservi bhala uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-Moviment Azzjoni Soċjali, segretarju tas-Soċjetà Filarmonika Vilhena, viċi-segretarju tas-Soċjetà tal-iStorja u l-Kultura Floriana, voluntier fil-Parroċċa ta’ San Publju, u membru tas-sottokumitat tat-300 Ċentinarju tal-Floriana.