Ġenna ta’ Ġonna 2017
M’hemmx dubju li l-Floriana hija ‘Ġenna ta’ Ġonna’ għax tipposjedi l-akbar numru ta’ ġonna pubbliċi f’Malta mxerrdin mal-konfini tagħha, iżda għandha wkoll ħafna aktar x’toffri. Wara s-suċċessi fi snin preċedenti, din is-sena se ssir għas-seba’ edizzjoni l-attività ‘Ġenna ta’ Ġonna’.
Bil-kollaborazzjoni ta’ diversi organizazzjonijiet li qegħdin fil-Floriana u oħrajn batta l-lokalità, dakinhar se jkunu miftuħin il-ġonna kollha li għandna fil-Floriana, mużewijiet, binjiet storiċi u postijiet ta’ interess. Fid-diversi postijiet se jkun hemm gwida li tispjega l-valur storiku tal-post.
Fost l-attrazzjonijiet se jkun hemm manuskritti antiki u patrijiet ibbalzmati fil-Kunvent tal-Kapuċċini, ċans li titla’ fuq il-kampnar tal-Knisja Arċipretali ta’ San Publju, il-ġonna “sigrieti” fis-swar, xogħol mill-artisti taħt il-loġoġ, reċtar ta’ xeni storiċi li ġraw fil-lokalità, dak li kien jiġri f’Balzunetta f’uħud mid-diċenji tas-seklu 20 ta’ żmien l-Ingliżi, xeni mill-isbaħ li l-Floriana għandha x’toffri u li ftit nies tul il-jum japprezzaw u kif ukoll bosta attivitajiet oħra li se jkunu mħabbra fil-jiem li ġejjin.
Għalhekk żommu l-Ħadd 15 t’Ottubru ħieles biex issiru tafu aktar minn qatt qabel kemm hi sabiħa u sinjura l-Floriana tagħna fl-istorja, fl-arti u fl-ambjent tagħha.
Għal iktar informazzjoni wieħed għandu jikkuntattja l-Kunsill Lokali tal-Floriana fuq 2123 5523 jew email fuq floriana.lc@gov.mt.
—
Undoubtedly Floriana is a “Heaven of Gardens” since it possesses the largest number of public gardens on the island spread throughout this suburb. However Floriana has a lot more to offer. After the success of the previous years, this year there is going to be the 7th edition of “Ġenna ta’ Ġonna” (Heaven of Gardens)
In collaboration with various organisations within Floriana, on Sunday 15th October you will be able to visit all gardens, museums, historical buildings and other places of interest in our locality. In most places there is even going to be guided tours.
Amongst the attractions there is going to be old manuscripts and mummified bodies of priests under the Cappuccin convent. Also not to be missed is the opportunity to go up the bell tower of St. Pubius Parish Church. Explore the secret gardens within the bastions and works of art under the arches on St. Anne’s Street, and enjoy scenes that only Floriana can offer. Some scenes that only a handful of people do appreciate during the day.
We urge that you keep Sunday 15th October 2017 free so you get to know how beautiful and rich Floriana is in its story, art and environment.
More activities shall be announced in the coming days, and for more information you may contact the Floriana Local Council on 21235523 or via email floriana.lc@gov.mt.