STQARRIJA STAMPA – Xogħlijiet fid-Daħla tal-Belt u l-Floriana u l-Isle of MTV 2017

Il-Kunsill Lokali Floriana jagħmel referenza għax-xandir riċenti dwar xogħlijiet li preżentement huma għaddejjin fiz-zona magħrufa dik ta’ Tritoni.

Il-Kunsill jinsab iddispjaċut li numru ta’ xogħlijiet, cioe’:

– Ir-roundabout il-ġdida ta’ bejn Belt is-Sebħ u Triq l-Assedju l-Kbir (ħdejn l-Education),

– Il-bankini u l-pavimentar fil-Biskuttin (fejn jinsab il-Monument ta’ Kristu Re),

qed jiġu mxandra li huma fil-Belt Valletta. Huwa minnu li dawn ix-xogħlijiet huma parti mill-Proġett tad-Daħla tal-Belt, iżda jinsabu fil-konfini tal-lokalita’ tal-Floriana.

Il-Kunsill Lokali Floriana jiġbed l-attenzjoni li z-zona ta’ Tritoni, mid-Daħla tal-Belt sal-bankina tal-Biskuttin, li tinkludi l-Funtana ta’ Tritoni, huma amministrati mill-Gvern Ċentrali.

Il-Kunsill Lokali Floriana japprezza ħafna dawn ix-xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni, imma jappella lill-ġurnalisti biex jivverifikaw il-fatti qabel ma jixxandru, u għal rappurtaġġ korrett.

Il-Kunsill Lokali Floriana jiġbed ukoll l-attenzjoni li l-Kuncert tal-Isle of MTV se jsir fuq il-Fosos tal-Floriana (Pjazza San Publju) u mhux f’xi post ieħor kif ġie mxandar fuq xi siti tal-aħbarjiet.